Friday, November 15, 2024

Atletika: L-Amerikan Grant Holloway jirbaħ il-110 hurdles

Aqra wkoll

Għat-tielet sena konsekuttiva, l-Amerikan Grant Holloway, rebaħ il-110 metres hurdles b’mod mill-aktar dominanti. 

Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena, li rebaħ fl-2019 f’Doha u s-sena l-oħra f’Eugene, mill-ewwel hurdle deher li kien se jirbaħ din it-tellieqa biex waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 12.96 sekondi.

Wara li qasam il-linja tar-rebħa, Holloway wera tliet swaba’ u għajjat “wieħed – tnejn – tlieta!” lill-folla preżenti li tatu ovazzjoni tremenda. 

“Ninsab mingħajr kliem,” huwa qal. Din ir-rebħa qatt ma tista’ tkun daqs l-ewwel waħda … iżda se nibqa’ ngħożżha f’qalbi għal dejjem.”

Hansle Parchment tal-Ġamajka rebaħ il-fidda fi13.07 sekondi, filwaqt li Daniel Roberts tal-Istati Uniti daħal fi 13.09 u rebaħ il-bronż. 

Ekonomija

Sport