Saturday, November 16, 2024

Atletika: L-Amerikana Sha’Carri Richardson tirbaħ il-100m

Aqra wkoll

L-Amerikana, Sha’Carri Richardson, fl-aħħar wettqet wegħda li kienet għamlet tliet snin ilu meta rreġistrat ħin ta’ 10.65 sekondi. 

Richardson, ta’ 23 sena, attakkant fl-aħħar 20 metru biex għelbet lil Shericka Jackson tal-Ġamajka, li ħadet il-fidda f’10.72, u kisbet l-ewwel titlu globali tagħha.

Il-Ġamajkana Shelly-Ann Fraser-Pryce, li qed tfittex is-sitt titlu mondjali tal-100m, fl-età ta’ 36 sena, wara bosta  injuries, kellha tikkuntenta bil-bronż f’10.77, liema ħin kien l-aqwa tagħha tas-sena.

Richardson tilfet l-Olimpjadi ta’ Tokyo fl-2021 wara li rriżultat pożittiva għall-kannabis imbagħad naqset milli tikkwalifika għall-kampjonati tad-dinja, fis-sena li għaddiet li kienu saru f’Eugene, fl-Istati Uniti stess. 

Ekonomija

Sport