Amane Beriso pproduċiet prestazzjoni awtorevoli biex rebħet il-maratona tan-nisa fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Budapest, fl-Ungerija biex għelbet lill-kompatrijotta u ċ-champion difensur Gotytom Gebreslase.
Wara li l-Etjopjani kienu ħadmu flimkien, Beriso, li ġriet t-tielet l-iktar maratona veloċi li qatt kien hemm f’Valencia f’Diċembru li għadda, attakkat fl-aħħar 10 kilometri biex ħarġet rebbieħa f’ħin ta’ 2:24.23.
Gebreslase ħadet il-fidda f’2:24.34 b’Fatima Gardadi ma setgħetx iżżomm l-eċċitament tagħha wara li kisbet l-ewwel midalja tal-Marokk f’dawn il-kampjonati meta rebħe il-bronż f’2:25.17.