Id-detentur tar-rekord dinj, l-Isvediż Armand Duplantis, kiseb it-tieni titlu konsekuttiv tal-pole vault fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Budapest, fl-Ungerija.
Iċ-champion Olimpiku kklerja 6.10 metri għad-deheb iżda mbagaħd falla fi tliet tentattivi biex jikklerja 6.23, li kien ikun ir-rekord dinji numru sebgħa għall-atleta notevoli ta’ 23 sena.
Ernest John Obiena tal-Filippini rebaħ il-fidda b’qabża ta’ 6.00m filwaqt li Kurtis Marschall tal-Awstralja u Christopher Nilsen ta’ l-Istati Uniti qasmu l-bronż b’qabża ta’ 5.95m.