Iċ-champion Olimpiku Daniel Stahl rebaħ id-deheb fid-discus ftit minuti biss wara li Kristjan Ceh ħaseb li għamel biżżejjed biex iżomm it-titlu tiegħu bl-aħħar tefgħa qabel l-Isvediż.
Ħames atleti kienu qed jisfidaw għad-deheb wara li kisbu tefgħa ta’ aktar minn 70 metru.
Is-Sloven Ceh kellu tefgħa ta’ 69.27 metri fit-tieni round qabel ma Stahl żied 10 ċentimetri fir-raba’ tefgħa.
B’hekk baqgħu dawn iż-żewġ atleti għall-midalja tad-dehe. Ceh fl-aħħar qabeż il-marka tas-70 b’70.02 … biex iċċelebra b’mod kawt konxju mill-fatt tal-qawwa tal-avversarju tiegħu.
Ma kienx żbaljat minħabb t-tefgħa finali ta’ Stahl kienet dik ta’ 71.46 metri biex rebaħ id-dritt għall-midalja tad-deheb.