Wednesday, June 25, 2025

Atletika: Malta fil-ħames post wara l-ewwel ġurnata tal-Kampjonati Ewrorpej tat-Timijiet

Aqra wkoll

It-tim Malta beda l-impenji tiegħu fil-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet tal-Atletika li qed isiru f’Maribor, Slovenja, b’serje ta’ prestazzjonijiet tajbin, fejn temm l-ewwel ġurnata fil-ħames post fost 15-il nazzjon fit-Tielet Diviżjoni.

Minkejja l-assenza ta’ uħud mill-aqwa talenti Maltin li anke kisbu numru ta’ midalji fl-aħħar Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, l-atleti li ħadu sehem fl-ewwel ġurnata kellhom riżultati tajbin fl-avvenimenti differenti, inkluż minn atleti żgħażagħ li komplew juru l-potenzjal tagħhom f’dan l-isport.

Fost l-avvenimenti tal-ewwel ġurnata, Malta kisbet żewġ rebħiet, waħda fil-ġiri u l-oħra fil-qbiż. Fil-long jump, Rachela Pace temmet fl-ewwel post b’qabża sabiħa ta’ 6.39m. Fit-800m, Gina McNamara rebħet b’ħin ta’ 2:10.05.

Punti importanti nkisbu anke minn Matthew Galea Soler li kiseb it-tieni post fl-400m b’46.90s.

It-tliet atleti se jerġgħu jkunu qed jikkompetu llum, hekk kif Pace tieħu sehem fit-triple jump, filwaqt li McNamara u Galea Soler jikkompetu fl-1500m u fil-200m rispettivament.

It-tim tan-nisa tar-relay 4x100m kiseb it-tielet post, b’ħin ta’ 46.99s.

Malta kisbet total ta’ 184 punt, biex tinsab fil-ħames post fil-klassifika ġenerali. L-Iżlanda u l-Lussemburgu jinsabu fuq quddiem, bil-Moldova t-tielet b’197 punt.

Il-parteċipazzjoni tat-tim Malti hi appoġġjata mnn SportMalta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport