Iċ-champion Olimpiku, Marcell Jacobs, żied it-titlu Ewropew mal-kollezzjoni tiegħu wara li rebaħ il-midalja tad-deheb tal-100 metru tal-irġiel fit-tieni ġurnata fil-Kampjonati Ewropej tal-Atletika – Munich 2022, waqt li l-Ġermaniża Gina Luckenkemper rebħet il-blue riband femminili.
Jacobs, li kellu problema fiżika għal parti kbira tal- kampanja attwali, sab l-aħjar forma tiegħu tas-sajf meta qabeż il-ħin rekord tal-kampjonati ta’ 9.95 sekondi (0.1 m/s) biex għeleb liċ-champion renjanti, Zharnel Hughes tal-Britannja li wkoll niżel taħt l-10 sekondi.
It-Taljan kien assigura postu fit-tellieqa għall-midalja wara li rebaħ is-semi-finali tiegħu b’10.00 sekondi kkontrollati u rritorna biex itejjeb l-aħjar ħin tiegħu tal-istaġun fid-deċiżjoni tat-titlu bl-ewwel prestazzjoni tiegħu ta’ taħt l-10 sekondi legali tar-riħ fl-2022 filwaqt li qabbel ir-rekord tal-kampjonat ta’ Hughes.
Jacobs sar it-tielet bniedem fl-istorja li rebaħ il-100m u t-titlu Ewropew wara xulxin u b’hekk mexa fuq il-passi ta’ Valery Borzov tal-Unjoni Sovjetika (Munich 1972-Roma 1974) u l-Britanniku Linford Christie (Barċellona 1992-Helsinki 1994).
“Dan kien staġun diffiċli bi problemi u injury. Iżda sieqi hija tajba, le. Jien mhux kuntent dwar kif it- tellieqa marret teknikament, kien hemm xi problemi,” qal Jacobs. “Ninsab sodisfatt immens bil-midalja tad- deheb.
“Wara d-deheb Olimpiku, issa ksibt id-deheb Ewropew. Issa rrid nikseb id-deheb fil-Kampjonati tad-Dinja. Nistennew bil- ħerqa wkoll ir-relay għax it-team Taljan irid ukoll jeċċella hemmhekk.”
Hughes, li rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kampjonati ta’ Berlin 2018, reġa’ ġie mbuttat fit-tieni post din is-sena – meta għamel 9.99 sekondi u ħa l-fidda.
“Kien pjaċevoli, dan kien pjaċevoli,” qal l-isprinter Brittaniku. “Naħseb li żammejt il-kalma tiegħi, qbadt kull metru li stajt. Ħsibt li kienet qrib – eqreb minn hekk, iżda jien kuntent ħafna li ġejt bil-hardware, u grat li jiena ħieles minn korriment ukoll.
“Taf int, ridt immur b’rebħa llejla, iżda kultant l-affarijiet mhux dejjem imorru favur tiegħek. Jien grat li se nkun fuq il-podju.”
Il-midalja tal-bronż marret għand sprinter Britanniku ieħor, Jeremiah Azu, wara li għamel l-aħjar ħin personali ta’ 10.13 sekondi.
Luckenkemper, li hija kkowċjata mill-guru Amerikan tal-isprint, Lance Brauman, uriet saħħa u qawwa superjuri matul l-aħħar 30m biex ġiet minn wara u rebħet id-deheb f’10.99 sekondi.
Iċ-champion tas-60m tal- Kampjonati tad-Dinja Indoor, Mujinga Kamdundji, illidjat għal ħafna mit-tellieqa, iżda l-Isvizzera ma setgħetx iżżomm għar-rebħa u għalhekk kellha tikkuntenta bil-fidda, ukoll f’10.99 sek. Iċ-champion Ingliża, Daryll Neita, ħadet il-midalja tal-bronż fi 11.00 sekondi.
It-tieni ġurnata bdiet bit-tellieqa ta’ 35m Mixi fejn dik tal-irġiet ġiet mirbuħa minn Miguel Angel Lopez ta’ Spanja li temm fil-ħin ta’ 2:26:49, bil-midalja tal-fidda tmur għand il-Ġermaniż, Christopher Linke (2:29:30) u l-bronż għand t-Taljan, Matteo Giupponi (2:30:34).
Fil-kategorija femminili kienet il-Griega Antigoni Ntrismpioti li ttrijonfat bil- midalja tad-deheb f’2:47.00 waqt li Raquel Gonzalez ta’ Spanja ħadet il-fidda (2:49:10) u Viktoria Madarasz tal-Ungerija ħadet il-bronż (2:49:58).
Suċċess ieħor Grieg wasal fil-long jump tal-irġiel li ntrebħet minn Miltiadis Tentoglou b’qabża ta’ 8.52m. L-Isvediż Tobias Montler (8.06m) ħa l-fidda u Jules Pommery (8.06m) ta’ Franza l-bronż wara countback.
Subgħajh jipponta lejn il-folla hekk kif qasam il-linja, u xogħol ieħor komplut għal Jakob Ingebrigtsen. Iċ-champion Olimpiku tal-1500m tan-Norveġja u ċ-champion tad-dinja tal-5000m żamm it-titlu tiegħu minn Berlin 2018 u kiseb l-ewwel midalja tiegħu f’dawn il-kampjonati fi Munich.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena qagħad f’nofs il-pakkett għal ħafna mit-tellieqa sakemm mar fuq quddiem u ma ħalliex il-vantaġġ. Huwa qabeż il-linja f’13:21.13 qabel l-Ispanjol Mohamed Katir (13:22:98) u t-Taljan Yemaneberhan Crippa (13:24:83), li ħadu l-fidda u l-bronż rispettivament
Iċ-champion Olimpika darbtejn, il-Kroata ta’ 32 sena, Sandra Perkovic, rebħet it-tfigħ tad-discus għas-sitt darba konsekuttiva bis- sensiela tagħha tibda f’ Barcelona 2010.
Hija qabżet 67.95m waqt li l-Ġermaniża Kristin Pudenz spiċċat it-tieni (67.88m) u ħadet il-fidda fil-ħames tefa’ waqt li l-kompatrijotta tagħha, Claudine Vita (65.20m) ħadet il-bronż.
Quddiem il-folla tiegħu, il-Ġermaniż Niklas Kaul għamel spettaklu mill-isbaħ fl-1500m tal-irġiel biex rebaħ id-deheb fid-decathlon.
Kollox niżel għall-avveniment finali għaż-żagħżugħ ta’ 24 sena li beda t-tellieqa t-tielet fil-klassifika ġenerali, iżda spiċċat b’total ta’ 8545 punti u rnexxielu jneħħi minn fuq it-tron lill-Isvizzeru Simon Ehammer (8468). Il-bronż marret għand l-Estonjan, Janek Oiglane (8346).