L-atletia Ġamajkana, Shelly-Ann Fraser-Pryce, kompliet tkabbar ir-rekord personali meta rebħet il-100 metru għall-ħames darba fil-karriera tagħha hekk kif il-Ġamajkani ddominaw il-podju fil-atletika mondjali li qed issir f’Oregon, fl-Istati Uniti.
Ta’ 35 sena, Fraser-Pryce rreġistrat ir-rekord tal-kampjonat ta’ 10.67 sekondi biex spiċċat qabel il-kompatrijoetti tagħha, Shericka Jackson u Elaine Thompson-Herah, li ħadu l-fidda u l-abronż rispettivament.
Hija saret l-ewwel atleta li rebħet ħames titli dinjija f’avveniment ta’ track individwali.