Saturday, December 21, 2024

Atletika: Zammit u Pellegrini se jirrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonat Ewropew Under-20

Aqra wkoll

Malta se tkun rappreżentata fil-Kampjonati Ewropej tal-Atletika ta’ taħt l-20 sena f’Ġerusalemm, Israel minn Jeremy Zammit u Graham Pellegrini. Dawn iż-żewġ żgħażagħ huma fost l-aktar talenti promettenti tal-atletika Maltija u se jikkompetu fil-long jump u l-200m rispettivament.

It-tnejn huma ġejjin minn staġun b’saħħtu b’rekords nazzjonali fost l-aqwa riżultati tagħhom. Zammit qabeż 7.84m f’South Carolina, mat-tim tal-kulleġġ tiegħu Auburn. Huwa kien ingħata borża ta’ studju mill-Kumitat Olimpiku Malti. Min-naħa l-oħra, waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar, Pellegrini rebaħ id-deheb fl-200m u kiser rekord nazzjonali fl-400m, b’ħin ta’ 46.83s.

Iż-żewġ atleti kkwalifikaw direttament wara li laħqu l-istandards meħtieġa. Il-long jump tibda nhar it-Tnejn, filwaqt li l-heats tal-200m huma skedati għat-Tlieta.

Nicolai Protelli elett Segretarju-Ġenerali ta’ Athletics Malta

Intant, Nicolai Portelli ġie elett Segretarju-Ġenerali ta’ Athletics Malta waqt Laqgħa Ġenerali Staordinarja li saret il-Ġimgħa. Huwa jieħu ġost Aldrin Cassar li fl-aħħar ġimgħat ġie elett għall-Presidenza tal-assoċjazzjoni.

Ekonomija

Sport