Issokta l-istaġun tal-festi, biċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ. Dan is-sit niżel fit-toroq ewlenin ta’ din il-lokalità għall-marċ ta’ filgħodu, fejn hemmhekk stajna naraw lill-partitarji jiċċelebraw il-festa quddiem il-każini rispettivi tagħhom.
Intant, spikkaw ukoll il-kuluri ħodor u ħomor, li huma assoċjati mal-każini tal-baned ta’ San Filep. Kif jixhdu dawn ir-ritratti, l-entużjażmu fuq fomm id-dilettanti kien wieħed kbir ħafna, b’ħafna jkunu dawk li jmorru jaqbżu mal-marċ fost briju mill-aqwa li jafu joffru ż-Żebbuġin.
Minbarra l-festa f’Ħaż-Żebbuġ, illum qed tiġi ċċelebrata wkoll il-festa ta’ Kristu Ewkaristiku Salvatur fl-Għasri, Għawdex.