Tuesday, November 26, 2024

ATP: Novak Djokovic jilħaq ir-rekord ta’ Roger Federer

Aqra wkoll

L-eks tennista numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic għeleb lil Casper Ruud għas-sitt titlu tal-Finali tal-ATP biex laħaq ir-rekord ta’ Roger Federer.

Is-Serb ta’ 35 sena għeleb lin-Norveġiż tiegħu 7-5 6-3 f’Turin, il-Ħadd filgħaxija. 

Ir-rebħa għal Djokovic fl-avveniment ta’ tmiem l-istaġun tpatti għal sena li fiha kien sfurzat jitlef żewġ Grand Slams minħabba li ma riedx jieħu t-tilqima tal-Covid-19.

Djokovic rċieva l-akbar premju ta’ flus, dak ta’ $4.74 miljuni wara li rebaħ it-tournament mingħajr ma tilef set wieħed.

Wara li ssiġilla s-suċċess b’wieħed minn disa’ aces fil-logħba, huwa qal li l-istennija ta’ seba’ snin għal din it-titlu għamlet it-trijonf aktar sodisfaċenti. 

“Inħossni kuntent ħafna u, fl-istess ħin, inħoss serħan kbir minħabba ċ-ċirkostanzi li għaddejt minnhom din is-sena, li kienu sitwazzjonijiet diffiċli,” żied Djokovic.

“Dan ovvjament kellu effett fuq il-bidu tas-sena tiegħi. Għall-ewwel diversi xhur, kont qed nipprova nsib dak il-bilanċ fil-logħob iżda wkoll mentalment sabiex inkun nista’ nerġa’ lura fil-court u nsib dak il-livell tat-tennis li kelli bżonn.”

Ruud, ta’ 23 sena, ikkommetta żewġ żbalji banali biex ta l-break ir-rebbieħ ewlieni lill-avversarju.

Sport