Saturday, November 16, 2024

Attakk b’bomba f’moskea fl-Afganistan iħalli minn tal-inqas ħamsa mejta

Aqra wkoll

Attakk permezz tal-bombi ħalla minn tal-inqas ħames persuni mejta f’mos­kea fil-kapitali Afgana. Dan fl-istess waqt li splużjonijiet oħrajn fil-belt ta’ Mazar-i-Sharif ħallew numru ta’ persuni oħra mejtin. 

Kelliem Afgan qal li minn tal-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom, filwaqt li l-isptar ewlieni ta’ din il-belt qal li rċieva ħames katavri u għadd ta’ persuni feruti. Uffiċjal tat-Taliban, li tkellem b’mod anonimu, qal li li l-attakk seħħ b’bombi li tqiegħdu ġewwa l-moskea u skontu hemm 14-il persuna mejta – fosthom l-imam tal-moskea – u 26 feruti. 

Intant fil-provinċja Blakh, sewwasew fil-kapitali tagħha Mazar-i-Sharif, tliet bombi ħallew minn tal-inqas 15-il persuna mejta u 10 feruti serjament. Fil-mira ta’ dawn l-attakki kien hemm persuni ċivili li kienu għaddejjin bil-vettura tagħhom. Dan l-attakk seħħ fl-istess jum ta’ dak tal-moskea. 

Uffiċjali mill-provinċja Blakh qalu ma’ Reuters li dawn l-attakki saru fuq persuni Xiti — komunità reliġjuża f’minorità fl-Afganistan. S’issa għadu mhux magħruf min kien il-moħħ wara dawn l-attakki.

Ekonomija

Sport