Wednesday, December 25, 2024

Attakk f’suq fl-Afghanistan iħalli 23 persuna, fosthom tfal, mejtin

Aqra wkoll

Bomba f’karozza u mortars sparati fuq suq fl-Afghanistan ħallew 23 mejtin, fosthom tfal. Kemm it-Talbin u kif ukoll il-militar Afghan tefgħu l-ħtija tal-attakk li seħħ fid-distrett ta’ Sangin fil-provinċja ta’ Helmand fuq xulxin.

Iż-żona tinsab taħt il-kontroll tat-Taliban, li jfisser li hija żona remota i hija inaċċessibbli għall-ġurnalisti u d-dettalji tal-attakk ma setgħux jiġu kkonfermati.

L-ebda grupp terroristiku ma refa’ r-responsabbiltà tal-attakku stqarrija li kienet maħruġa mill-uffiċċju tal-gvernatur, il-Ġeneral Mohammad Yasin, ma pprovdiet l-ebda dettall aktar.

Intant kelliemi għat-Taliban, Qari Yusouf Ahmadi, ċaħad li l-grupp kien involut fl-attakk.

Huwa qal li l-militar sparaw mortars fuq is-suq, filwaqt li l-militar qed jgħid li t-Taliban attivaw bomba f’karozza u sparaw mortars.

L-armata Afghana żiedet tgħid li ma kien hemm l-ebda attività militari fiż-żona illum. Dan filwaqt li żiedet li żewġ ġellieda Talibani nqatlu fl-isplużjoni tal-bomba fil-karozza.

Il-President Afghan Ashraf Ghani kkundanna l-attakk bħala “att brutali u inuman”. Huwa żied jgħid li attakki fuq persuni ċivili, b’mod speċjali tfal u anzjani, imorru kontra l-valuri Iżlamiċi u tal-bniedem.

Ekonomija

Sport