Saturday, December 21, 2024

Attakk f’tieġ biex iwaqqfu l-mużika jħalli mill-anqas tnejn mejtin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aggressuri Talibani attakkaw festin ta’ tieġ fil-Lvant tal-Afganistan biex iwaqqfu l-mużika li kienet qiegħda tindaqq. F’dan l-attakk tilfu ħajjithom mill-inqas żewġ persuni u hemm madwar 10 oħra li sfaw midrubin.

Kelliem għat-Talibani qal li tnejn miż-żewġ aggressuri ġew arrestati, iżda ċaħad li huma kienu qegħdin jaġixxu f’isem il-moviment Iżlamiku.

Il-mużika kienet ġiet ipprojbita meta t-Talibani kienu ħadu f’idejhom it-tmun tal-pajjiż bejn l-1996 u l-2001. Minkejja dan l-awtoritajiet il-ġoadda għadhom ma tawx tali ordnijiet.

Skont xhieda fil-post kien hemm erba’ koppji li kienu qegħdin jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom fl-istess ċerimonja li kienet qiegħda ssir fil-provinċja ta’ Nangarhar il-Ġimgħa li għaddiet.

Jidher li l-koppji kellhom permess idoqqu mużika rrekordjata f’żona użata biss min-nisa. Iżda tard bil-lejl, aggressuri użaw il-forza biex jidħlu jeliminaw l-ispeakers u meta dawk preżenti ppruvaw iwaqqfuhom ġew sparati xi tiri.

Skont il-kelliem għat-Talibani Zabihullah Mujahid il-każ qiegħed jiġi investigat.

Ekonomija

Sport