F’attakki li qishom saru “moda sadista” fl-Istati Uniti, il-Pulizija ta’ Las Vegas ħabbret ieħor li fih tilfu ħajjithom żewġ persuni. L-attakk li sar f’temp ta’ ftit ħin u f’dak li jidher li m’hemm ebda raġuni partikolari għala sar, tliet persuni spiċċaw fi sptar f’għaqda kritika mentri tlieta oħra huma rrapportati li sofrew ġrieħi.
B’kollox kien hemm tmien vittmi u dawn kienu kemm residenti tal-lokalità stess, kif ukoll turisti. L-awtoritajiet lokali, permezz ta’ aġġornament lill-Istampa mix-Sheriff Joseph Lombardo, serrħu moħħ dawk kollha li bħalissa qegħdin fil-belt famuża ta’ Las Vegas, li arrestaw lis-suspettat.
Fl-inċident li seħħ jumejn ilu fid-dawl tax-xemx persuna bdiet tagħti daqqiet ta’ sikkina f’Las Vegas Boulevard f’dak li, s’issa, jirriżulta bħala wieħed mhux provokat. Minn informazzjoni li ta d-Deputat Kap James LaRochelle, ingħad li s-suspettat wara l-ewwel attakk, mexa ftit ‘l isfel u ta daqqiet ta’ sikkina lil ħames persuni oħra. Dan ma waqafx hawn, fejn sab vittma oħra f’Sands Avenue.
Sfotuntament vittma minnhom ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mentri t-tieni wieħed miet ftit wara li ttieħed fiċ-ċentru mediku universitarju ta’ Southern Nevada. Dawn kienu identifikati bħala Brent Allan Hallett ta’ 47 sena u Maris Marren Digiovanni ta’ 30 sena. It-tnejn kienu minn Las Vegas.