Awtur prominenti ta’ nazzjonalità Russa safa ferut hekk fi tmien din il-ġimgħa l-karozza tiegħu ħadet in-nar kawża ta’ attentat b’bomba. F’dan l-attakk, ix-xufier tiegħu tilef ħajtu.
L-awtur huwa Zakhar Prilepin ta’ 47 sena, li kiteb ukoll sitt kotba favur l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Aġenzija tal-aħbarijiet Russa irrapportat li madwar sagħtejn wara l-isplużjoni, raġel ta’ 30 sena inżamm arrestat fuq suspett li kien involut f’din l-isplużjoni. Il-kelliema għall-Ministeru għall-Affarijiet Interni fir-Russja, Irina Volk, qalet li l-awtoritajiet qegħdin jittrattaw dan il-każ bħala attakk terroristiku taħt u nbdew saħansitra investigazzjoni kriminali.
L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat tal-Ukrajna “Ukrinform” irrapportat li s-Servizz tas-Sigurtá tal-Ukrajna (SSU) la jikkonferma u lanqas ċaħad l-involviment tiegħu fl-attentat fuq ħajjet Prilepin. Dan l-awtur Russu pro Putin ilu sostenitur fil-miftuħ mill-2014 meta Moska kisbet il-Krimea. Minħabba f’hekk Prileepin huwa fil-lista tas-sanzjonijiet imposti fuq persuni partikolari mill-Unjoni Ewropea.
Ħames snin wara, Prilepin waqqaf il-partit politiku “Għall-Verità” u beda sensiela ta’ kampanji li fihom saħaq li t-territorju tal-Lvant tal-Ukrajna għandu jkun parti mir-Russja. Prilepin ġġieled mal-forzi armati Russi fir-reġjun ta Donbas qabel ma bdiet l-invażjoni s-sena li għaddiet. F’intervista li kienet saritlu fl-2019 huwa kkwotat li qal, “mexxejt unità tal-ġlied li qatlet numru kbir ta’ nies’’.