Sunday, December 22, 2024

Attakk mill-ajru minn Iżrael joqtol 35 persuna f’Rafah

Aqra wkoll

Għexieren ta’ nies inqatlu jew indarbu fi splużjoni f’kamp tar-refuġjati fiż-żona ta’ Rafah.

Il-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael (IDF) qalet li fil-mira tagħhom kien hemm żewġ mexxejja anzjani tal-Ħamas. Dan l-attakk seħħ wara li l-Ħamas sparaw tmien rokits minn Rafah lejn Tel Aviv.

Fi stqarrija maħruġa wara l-isplużjoni f’Gaża l-Ħadd billejl, l-IDF żiedet li “eliminat” żewġ uffiċjali anzjani tal-Ħamas – Yassin Rabia u Khaled Nagar – f’attakk mill-ajru fil-majjistral ta’ Rafah.

L-awtoritajiet immexxija mill-Ħamas qalu li 35 persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu f’kamp tal-Palestinjani li kienu spostati f’din iż-żona f’Rafah. L-istess awtoritajiet qalu li fost il-vittmi kien hemm nisa u tfal.

In-numru ta’ mwiet huwa mistenni li jiżdied hekk kif issoktat ukoll it-tfittxija u l-ħidma ta’ salvataġġ fil-viċinat ta’ Tal al-Sultan. Xhud fuq il-post li tkellem mal-midja internazzjonali qal li din iż-żona “inħarqet kollha”.

Persuna oħra qal li: “smajna ħoss ta’ missila. Ġejna u sibna t-triq miksija bid-duħħan. Ma stajna naraw xejn aktar.” Huwa żied jgħid li meta daħlu f’residenza ma raw lil ħadd iżda aktar tard sabu tifla u raġel “li kienu mqattgħin biċċiet.”

Ekonomija

Sport