Wednesday, May 21, 2025

Attakk sfrenat b’sikkina fl-Olanda … Mill-inqas tnejn mejta u oħrajn feruti f’residenza ta’ persuni b’diżabbiltajiet intelletwali

Aqra wkoll

Aħbar kerha mill-Olanda hekk kif s-servizzi tal-emerġenza ssejħu biex jassistu f’residenza ta’ persuni b’diżabbiltajiet intelletwali. L-attakk seħħ ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tas-6.00 ħin lokali.

Żewġ persuni nqatlu u oħrajn, inkluż uffiċjal tal-pulizija, sfaw feruti f’attakk b’sikkina. Fi stqarrija minn Politie Ennheid Noor-Holland ingħad li, “hemm numru ta’ vittmi, inkluż kollega. Għadd ta’ ambulanzi u tims mediċi jinsabu fuq il-post”.

Mill-inqas persuna waħda hija rrapportata f’qagħda krtika ħafna rikoverata fi sptar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport