Saturday, November 23, 2024

“Attakk vjolenti u kodard”; Malti jmut waqt li jipprova jipproteġi lil martu f’daru f’Sydney

Aqra wkoll

Raġel anzjan ta’ nazzjonalità Maltija miet waqt li kien qed jipprova jipproteġi lil martu f’dak deskritt mill-Pulizija bħala “attakk vjolenti u kodard” minn persuni li daħlu fid-dar tiegħu f’Sydeny.

Jidher li żewġ persuni allegatament daħlu b’forza fir-residenza ta’ Colin Saliba u martu Josephine f’Cherrybrook, Sydney, u heddeew lill-koppja qabela ma attakkawhom vjolentement.

Colin, li għandu 86 sena, u martu Josephine ta’ 84 sena, instabu mill-Pulizija bi ġrieħi serji f’rashom ftit qabel in-12.30 a.m.

Jidher li l-irġiel l-ewwel li attakkaw kien lill-mara, b’Colin jisfa fil-mira tal-agressuri hekk kif prova jintervjeni biex jipproteġiha.

It-tnejn li huma ttieħdu fl-Isptar ta’ Westmead, b’Colin deskritt li jmut ftit tal-ħin wara kaġun tal-ġrieħi kritiċi li sofra. Josephine min-naħa l-oħra hija deskritta li tinsab f’kundizzjoni medika serja iżda stabbli.

Il-koppja kienu ilhom miżżewġin għal aktar minn 60 sena u kienu ilhom jgħixu fl-istess dar għal aktar minn 30 sena.

Intant il-Pulizija jemmnu li dan l-attakk kien premeditat għalkemm il-mottiv għadu mhux magħruf.

Sport