Missili Russi laqtu diversi binjiet f’Odessa u r-reġjun tal-Lvant ta’ Donetsk matul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, liema attakki ħallew minn tal-inqas sitt persuni mejta. Dan tħabbar minn uffiċjali lokali u militari kmieni dalgħodu.
Il-militar sostna li qabel dan l-attakk, żewġ missili oħra ġew meqruda qabel laqtu l-miri tagħhom. B’riżultat ta’ attakki mill-ajru u diversi splużjonijiet, ċentru ta’ negozju, istituzzjoni edukattiva, kumpless residenzjali, stabbilimenti tal-ikel u ħwienet oħra ġarrbu xi ħsarat.
Tliet persuni fost dawk maqtula kienu qed jaħdmu f’maħżen, fejn weġġgħu wkoll seba’ persuni oħra. F’attakk separat bil-missili, il-forzi Russi qatlu tliet persuni oħra fir-reġjun ta’ Donetsk.
Aktar tard kien irrapportat ukoll li żewġ persuni oħra nqatlu f’Kramatorsk u persuna oħra nqatlet f’Kostantintynivka. Il-Forzi tal-Ajru Ukreni qalu li qerdu tliet missili u disa’ drones matul il-lejl.