Wednesday, July 24, 2024

Attakki fuq ġurnalisti jikkostitwixxu theddida għad-demokrazija – Alfred Sant

Aqra wkoll

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li l-attakki fuq il-ġurnalisti jikkostitwixxu theddida għad-demokrazija u huwa essenzjali li tiddefendi lil dawk li jirriskjaw ħajjithom biex iżżommu d-dritt li jinformaw u jesprimi opinjonijiet kritiċi, fil-mezzi kollha tal-midja.

Dawn l-abbiltajiet huma vitali għal dibattitu demokratiku b’saħħtu u huma kruċjali speċjalment fil-kuntest tal-hekk imsejħa infodemiċi u aħbarijiet foloz, li saru dejjem aktar importanti matul l-2020.

Alfred Sant kien qed jindirizza sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew li ddiskutiet il-ġlieda kontra l-impunità għal reati mwettqa kontra ġurnalisti fid-dawl tal-Jum Internazzjonali biex Tispiċċa l-Impunità għal Reati kontra Ġurnalisti. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà pparteċipa fid-dibattitu.

“Mingħajr ġurnaliżmu, l-ebda demokrazija. Dan jista’ jidher inkontestabbli iżda llum kriminali għal 22 qtil ta’ ġurnalisti għadhom ma ġewx ikkundannati għall-atti tagħhom fl-Ewropa, skond dejta mill-Kunsill tal-Ewropa ”, qal Alfred Sant.

Alfred Sant fakkar li bis-Sħubija għall-Informazzjoni u d-Demokrazija mnedija f’Settembru 2019, Malta, flimkien ma’ 8 pajjiżi oħra, impenjat ruħha li tippromwovi aċċess għal informazzjoni affidabbli minn midja ħielsa u indipendenti. Impenn bħal dan ifisser li l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja, matul il-funzjoni tagħhom, għandhom ikunu protetti kontra kull forma ta’ vjolenza, theddid u diskriminazzjoni.

Alfred Sant iddikjara li jemmen li dan imur id f’id mal-qafas Ewropew għall-protezzjoni tal-whistleblowers, li għalih se jibdew regoli ġodda madwar l-UE kollha fl-2021. TMIEM

Ekonomija

Sport