Tuesday, November 4, 2025

Attard, Castaldi u Mangion protagonisti f’finali intensivi tal-Blackball

Aqra wkoll

Johan Attard kompla bil-forma kbira tiegħu hekk kif rebaħ l-ewwel turnew ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet 2026 wara li fil-finali tal-irġiel għeleb lil Miguel Amato 10-7.

Attard, li għadu kemm rebaħ it-titlu ta’ champion ta’ Malta, stabilixxa vantaġġ ta’ 5-1 u baqa’ dejjem minn fuq biex rebaħ din il-logħba.

Fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, Chaylon Castaldi ħareġ rebbieħ fuq Steven Muscat 9-5 filwaqt li Stephen Mangion kien ir-rebbieħ tal-kategorija ta’ taħt it-23 sena wara li rebaħ 10-7 lil Jesmond Schembri fil-finali.

Fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin ikomplu aktar kompetizzjonijiet sabiex jikkwalifikaw aktar plejers għat-tim nazzjonali Malti li se jilgħab fit-tazza tan-nazzjonijiet 2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport