Monday, June 30, 2025

Attendenza kbira fil-Buskett għall-festa tal-Imnarja … Ċelebrazzjoni ta’ prodotti agrikoli Maltin

Aqra wkoll

Kif mistenni, il-wirja tal-Imnarja ma ddiżappuntatx mill-attendenza u minkejja programm mifrux iktar mis-soltu anke fejn jidħlu l-wirjiet tal-bhejjem, il-Buksett ra folla kbira ta’ nies li bdiet minn filgħodu kmieni. 

Fost programm mimli daqs bajda b’attvitajiet għall-familja kollha, dawk preżenti setgħu japprezzaw Mużika u Għana, logħob tradizzjonali Malti, esebizzjoni ta’ prodotti agrikoli lokali kif ukoll wirjiet ta’ bhejjem tal-ħalib, laħam u sbuħija fost ħafna affarijiet oħra. 

Ma setgħetx ma tiġix innutata l-attendenza taċ-ċkejknin li mhux biss ipparteċipaw f’logħob tradizzjonali organizzat fil-post, iżda ssaħħru wara s-sbuħija ta’ annimali li mhux li nistgħu naprezzaw ta’ kuljum.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport