Matul il-lejl li għadda, waqt li Donald Trump safa f’miri ta’ attentat ta’ qtil hekk kif persuni mill-udjenza sparat lejh. Mill-ewwel kienet l-azzjoni s-Servizz Sigriet hekk kif telgħu fuq il-palk biex jipproteġu lill-eks President Trump.
Hu deher bid-demm fuq in-naħa tal-lemin ta’ wiċċu fejn aktar tard hu stess stqarr li wieħed mill-bullits laqatlu widnejh. Trump ittieħed l-isptar, iżda ftit wara tħabbar li hu kien qiegħed jintbgħat lura lejn id-dar minħabba li ma sofriex ġrieħi gravi.
Aktar tard is-Servizz Sigriet ħabbar li l-aggressur kien inqatel fuq il-post u anke persuna oħra li kienet fl-udjenza spiċċaw mejta.
Ħafna qegħdin jistaqsu kif jista’ jkun ġara xi ħaġa hekk wara l-miżuri kollha tas-sigurtà li jittieħdu. Biex wieħed jidħol għal laqgħa tal-massa ta’ Donald Trump jgħaddi minn miżuri ta’ sigurtà għoljin ħafna, u persuni li anke huma ekx membri tas-Servizz Sigriet qalu li hu kważi imposibbli li tħalliet persuna tidħol b’arma tan-nar.
Iżda wara analiżi u investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel li spara ma kienx fl-udejnza man-nies, iżda kien fuq bejt 100 yarda ‘l bogħod minn fej. kien Trump.
B’kollox ġew sparati 8 tiri li wieħed biss laqat lill-eks President.
Hekk kif kien qiegħed jittieħed lejn il-karozza, Trump qam bil-wieqfa jgħajat “iġġildu, iġġildu, iġġildu.”