Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva l-ewwel mingħand l-importatur u wara permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella.
Isem tal-prodott: Iceland Southern Fried Chicken Popsters
Ditta: Iceland
Data tad-durabbilità: BB 04.04.21
Użin: 220g
Is-sintomi kkawżati mis-Salmonella normalment jinkludu deni, diarrhoea u uġigħ ta’ żaqq.