Sunday, August 3, 2025

Attivisti tal-Annimali b’petizzjoni għall-piena massima għar-raġel li ammetta li qatel qtates

Aqra wkoll

Attivisti mill-NGO Animal Guardians nedew petizzjoni online biex jagħmlu pressjoni fuq il-qrati biex tingħata piena massima lil qattiel tal-qtates, Okamura Satoshi.

Wara li Satoshi, Ġappuniż ta’ 31 sena, fil-Qorti ammetta li qatel għadd ta’ qtates f’Tas-Sliema, l-NGO qalet li trid issir ġustizzja – mhux biss għall-qtates iżda għall-“kuxjenza kollettiva tas-soċjetà”.

Intqal li; “Il-krudeltà fuq l-annimali huwa reat serju u li tħalli lil dawk li jwettqu r-reat jaħarbu b’kastig ħafif jibgħat messaġġ ħażin.  Animal Guardians sostnew li Satoshi għandu jkollu l-ogħla sentenza ta’ ħabs u multa possibbli skont il-liġi Maltija għal kull qattus individwali li qatel u ttortura. 

Qalu li, wara li Satoshi jkun serva s-sentenza sħiħa ta’ ħabs tiegħu, għandu jiġi deportat minn Malta u pprojbit milli jerġa’ jidħol fil-pajjiż. Satoshi mistenni jingħata s-sentenza fil-15 ta’ Settembru.

Jekk wieħed јixtieq јiffirma din il-petizzјoni għandu јagħfas dan il-link: https://www.ipetitions.com/petition/maximum-penalty-for-okamura-satoshi-for-torturing

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport