Dan is-sit dejjem favur inizjattivi favur kawżi ġusti. Il-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi hija bla limitu u dan tixhdu wkoll iċ-ċifra sabiħa ta’ aktar minn €5 miljun miġbura waqt l-Istrina.
Attività oħra li kellha tiġi posposta b’xi ġimgħat minħabba l-maltemp se tkun qiegħda tittella’ għada fl-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi. Bejn il-11:00 a.m u l-4:00 p.m il-post se jkun qiegħed jinbidel f’attività għall-familja kollha fosthom face painting, balloon modelling, karattri tat-tfal u ħafna aktar.
Il-fondi kollha li se jkunu qegħdin jinġabru se jkunu qegħdin imorru għal Puttinu Cares.
