Friday, July 4, 2025

Attivitá Intensiva fuq il-Baħar fost il-Ġimgħa mit-Twilight Pursuit Race Series tar-Royal Malta Yacht Club.

Aqra wkoll

It-Twilight Series, li ilha għal snin sħaħ isseħħ kull sajf, hija tellieqa divertenti, iżda kompetittiva li seħħ fuq firxa ta’sitt tlielaq li jsiru kull nhar ta’erbgħa.  Din is-sena, ir-Royal Malta Yacht Club daħħal element ġdid li żied il-livell kemm għal dawk li jħobbu l-kompetizzjoni kif ukoll għal dawk li jippreferu jbaħħru b’mod iktar rilassat.

Din is-sena, is-Serje qed issir b’format ġdid ta’ Pursuit Racing. Dan il-format iwiegħed tlielaq kompettivi u riżultati imprevedibbli, dan minhabba li l-flotta ma titlaqx flimkien iżda kull dgħajsa tingħata ħin ta’ tluq differenti skont il-klassifikazzjoni jew handicap tagħha. Id-dgħajjes li huma pprevisti li jkunu aktar veloċi jibdew lejn l-aħħar tal-lista tal-parteċipanti.   L-ewwel dgħajsa li tispiċċa t-tellieqa tirbaħ, irrispettivament mill-handicap. Dan il-format jfisser li kull sekonda waqt it-tellieqa tkun importanti.

Bis-Serje tinsab nofs triq, bi tlett tlielaq jifdal, l-klassifika hi waħda interessanti.  Ton Ton Laferla Insurance ta’ Jonathan Gambin jinsab fuq quddiem, iżda JYS Jan tal-Jarhead Young Sailors’ Foundation (skipper Claudio Bugeja) u Alecto ta’ Charles Cronin jinsabu qrib ħafna warajha—b’żewġ punti biss jifirdu dawn it-tlieta minn xulxin. Il-bqija tal-flotta għadha  f’posiżżjoni tajba biex jinkseb riżultat tajjeb, għalhekk l-aħħar tlielaq mistennija jkunu interessanti.

Kif inhu tipiku fir-Royal Malta Yacht Club, l-avveniment ma jispiċċax hemm. L-element soċjali huwa wkoll parti importanti minn din is-serje, u wara kull tellieqa l-parteċipanti  jkomplu s-serata ġewwa l-Club.

“Is-Serje Twilight dejjem kienet avveniment popolari, iżda din is-sena ddeċidejna nbiddlu l-format bit-tama li nattiraw flotta akbar. Il-formula ħadmet għax rajna numru sabiħ ta’ parteċipanti jieħdu sehem kull nhar ta’ Erbgħa. Ir-riżultat finali ma jaffettwax l-ispirtu tal-komunità u l-imħabba għall-isport għax dan jidher ċar fil-bar tal-Club kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija,” qal Aaron Gatt Floridia, Membru tal-Kumitat tal-RMYC.

It-tellieqa li jmiss se ssir nhar l-Erbgħa 9 ta’ Lulju. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa fuq is-sit tal-Klabb – https://rmyc.org/races/2025-twilight-series-pursuit-racing/

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport