Sunday, December 22, 2024

Attivitá nobbli minn Lazio Supporters Club Malta Est. 2000 b’risq Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Lazio Supporters Club Malta Est. 2000 se jkunu qed jorganizzaw serata interessanti nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru 2023 bl-isem ta’ ‘Il Centenario Opening Night’ fejn se jiġi onorat wieħed mill-aqwa plejers li qatt kellhom Tommaso Maestrelli. 

F’din l-attivita’ li se ssir f’Dar Bjorn, Triq Pawlu Balzan, Ħaż-Żebbuġ tibda fis-6.30pm se jinġabru flus b’risq l-ALS Malta. Id-dħul huwa b’xejn.

Sadanittant mistiedna oħra speċjali huma l-eks-plejer ta’ Lazio Giancarlo Oddi, il-preżentatur Toni Malco u l-partitarju Antonio Grinta Bracavini li se jkunu qed jiltaqgħu mal-partitarji numerużi Laziali.

Tommaso Maestrelli twieled fl-1922 u miet fl-1976 u kien wieħed mill-aqwa kowċis li qatt kellhom il-Biancocelesti. Hu kien jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd u deher bil-flokkjiet ta’ Bari, Roma u Lucchese. Bħala kowċ ta’ Lazio bejn l-1971 u l-1976 hu rnexxielu jġib lejn il-belt kapitali Taljana l-ewwel Scudetto uffiċjali fl-1973.

Is-suċċessi li kiseb Maestrelli kienu ferm prestiġġjużi u grazzi għall-kampjonat Taljan fl-1973, hu ngħata anke il Seminatore d’Oro.

Fil-fatt se jkun mistieden ibnu Massimo sabiex janima din is-serata tant interessanti f’isem il-familja Maestrelli.

Giancarlo Oddi hu diriġent sportiv pero’ b’rabta speċjali ma’ Lazio hekk kif lagħab magħhom bejn l-1967 u l-1975. B’aktar minn 100 preżenza, hu kien parti mir-rebħ tal-kampjonat Taljan fl-1973. Hu kien ukoll parti mill-istaff tekniku Laziale għal numru ta’ snin. 

Toni Malco hu preżentatur popolari minn Ruma li għandu għal qalbu lil Lazio. Hu wassal il-vuċi tiegħu fuq is-settijiet tar-radju u f’diversi mezzi tax-xandir oħrajn.

Antonio Grinta Bracavini hu l-fundatur tal-grupp ta’ partitarji bl-isem ta’ Irriducibili Lazio li jkunu b’mod kontinwu fi Stadio Olimpico jagħtu s-sapport tagħhom.

Preżenti f’din is-serata li se ssir f’Ħaż-Żebbuġ se jkun hemm ukoll Mario Notari minn Centro Studi 1900 u li hu l-ideatur ta’ din l-esibizzjoni dwar Tommaso Maestrelli. Ma jonqsux l-ġurnalisti Taljani iżda li jissimpatizzaw ma’ Lazio jiġifieri Stefano Ghezzi u Michela Catena.

B’hekk Lazio Supporters Club Malta Est. 2000 qed iħeġġu lil dawk li għandhom għal qalbhom i Biancocelesti sabiex jattendu għal din is-serata unika filwaqt li jgħinu u jinġabru fondi b’risq ALS Malta.

Ekonomija

Sport