Wednesday, October 9, 2024

Attivitá speċjali minn Lazio Supportes Club Malta b’risq Dar Bjorn

Aqra wkoll

Lazio Supporters Club Malta Est 2000 se jkun qed jorganizza atttivit nobbli b’risq Dar Bjorn nhar il-Ġimgħa li ġej, il-11 ta’ Ottubri bejn is-7pm u d-9pm li se jkollha l-isem ta’ L’aquila Sul Petto – Historic Jersey Exhibition miġjuba esklussivament għal DAR Bjorn u Lazio Supporters Club Malta Est. 2000 minn Ruma minn Emiliano Foglia.

L-ajlka Olympia u l-falkunier Juan Bernabe se jkunu mistiedna speċjali. Huma se jkunu qed iżuru wkoll xi skejjel madwar Malta nhar il-Ġimgħa, waqt li l-Ħadd 13 ta’ Ottubru se jżuru Għawdex.

Il-pubbliku Malti huwa mħeġġeg biex jiċċelebra l-futbol u jiltaqa’ mas-simbolu maestuż ta’ S.S. Lazio, l-ajkla Olympia u l-falkunier tagħha Juan Barnabè.

Bħala divertiment se jkun hemm il-kantanti Toni Malco, awtur tal-innu Lazio “Vola Lazio Vola”, Velia u Alan Donati mart u iben il-mibki Aldo Donati awtur tal-innu maħbub tal-biancocelesti “So Gia’ Du Ore”. Se jkun preżenti wkoll il-ġurnalist Rodolfo Casentini.

Għal iktar infirmazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-presiet tal-Lazio Supporters Club Malta Est. 2000 Karl Galea fuq 99821214.

Titlifux dan l-avveniment inkredibbli! Ejjew iċċelebraw il-futbol, ​​iltaqgħu ma’ sħabkom il-partitarji, u appoġġjaw kawża kbira. Narawkom hemm!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport