Monday, October 28, 2024

Attività tal-Halloween b’risq l-ALS

Aqra wkoll

Is-Sibt li għadda, il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar organizza attività b’risq l-ALS, fejn parti mill-wied ta’ Marsalforn inbidel forma tal-istaġun “spooky” b’esperjenza aċċessibbli fil-beraħ iddisinjata apposta u tgawdija għal viżitaturi ta’ kull età, fosthom attivitajiet għat-tfal.

Dawk li attendew setgħu jgawdu minn vjaġġ “eċitanti” u mimli “biżgħat”, animazzjonijiet vibranti tal-ħajja, kif ukoll ikel u xorb. Kienet esperjenza ta’ atmosfera mimlija sorpriżi. Għat-tfal kien hemm ukoll face painting, pony rides, bouncing castle, bats & pumpkin crafts u ħafna oħrajn marbuta ma dawn il-jiem ta’ Halloween. Id-dħul kien mingħajr ħlas iżda kienet apprezzata ħafna l-appoġġ ta’ donazzjoni żgħira b’risq l-ALS.
 


Ritratti Joe Grech, LeoMike Farrugia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport