L-ispirtu tal-Milied daħal b’mod sabiħ fil-Għargħur hekk kif ġiet organizzata attività speċjali għall-anzjani, b’kollaborazzjoni bejn l Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) u d dar residenzjali privata Golden Care. Din l-attività saret barra l-binja ewlenija ta’ Golden Care, fejn attendew numru sabiħ ta’ anzjani li jattendu ċ Ċentri ta’ Matul il-Jum minn madwar Malta.
Il programm offra spettaklu varjat ta’ mużika, żfin u kant b’parteċipazzjoni ta’ diversi gruppi bħal Mellieħa Line Dance Group, il kor u l grupp taż żfin tal-istess lokalità u min-Naxxar. Dawn il-gruppi huma ffurmati minn membri li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum wkoll. Matul l-attività, banda żgħira daqqet diversi mużika tal-Milied li żgur daħħlu l-ferħ fil-qlub ta’ dawk preżenti. Fl-istess waqt, ġiet organizzata wkoll żona fejn l-anzjani setgħu jiktbu xewqat tal-Milied, li varjaw minn talbiet għal-saħħa u mħabba, għal xewqat ta’ paċi madwar id-dinja.
Is Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea indirizza lill mistednin flimkien mas Segretarju Permanenti Renzo De Gabriele u l Kap Eżekuttiv tal AACC Steve Agius. Fid-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari faħħar il kooperazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi u privati, u l-importanza ta’ attivitajiet bħal dawn li jgħinu jsaħħu l-sens ta’ komunità, jnaqqsu s solitudni u jqassmu ferħ fost l anzjani tagħna.
Wara d diskorsi, is Segretarju Parlamentari flimkien mas-Segretarju Permanenti, il Kap Eżekuttiv tal AACC u rappreżentanti tad-dar tal-anzjani żaru wkoll lir-residenti ġewwa l-home stess, fejn offrew xewqat sbieħ tal -Milied lir-residenti.

