Saturday, July 5, 2025

Attivitajiet għall-pubbliku b’rabta mal-Ġimgħa tal-Pulizija 2025 

Aqra wkoll

Minn nhar it-Tnejn, 7 ta’ Lulju 2025, jingħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet għallpubbliku, fl-okkażżjoni tal-211 Anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Il-pubbliku huwa mistieden sabiex f’atmosferma rilassanti jiltaqa’ mill-qrib mal-membri talKorp tal-Puzlija u fl-istess ħin isegwi wirjiet mill-Precision Drill Team, mit-Taqsima tal-Klieb u mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija. 

Preżenti se jkun hemm ukoll it-Taqsima tal-Kavallerija u uffiċjali mill-Pulizija għall-Komunità. L-ewwel attività ser tittella’ nhar it-Tnejn 7 ta’ Lulju, fi Pjazza San Pawl, f’Buġibba (maġenb lAquarium Nazzjonali) u tibda fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija (1930hrs). 

L-attivitajiet bħala parti mill-Ġimgħa tal-Pulizija 2025, ikomplu fil-ġranet ta’ wara u jibdew ukoll fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, kif ġej : 

– Is-Sibt, 12 ta’ Lulju – Triq iż-Żonqor, Wied il-Għajn u  t-Tnejn, 14 ta’ Lulju – Fi Pjazza Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem (quddiem il-Knisja). 

Il-pubbliku huma mħeġġa sabiex jattendi dawn l-attivitajiet.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport