Thursday, December 26, 2024

Auckland f’lockdown wara li ġew reġistrati 33 każ ġdid

Aqra wkoll

New Zealand estendiet il-lockdown fl-akbar belt tagħha wara s-sejba ta’ 33 każ ġdid fl-aħħar sigħat.

Madwar 1.7 miljun persuna f’Auckland se jkunu qegħdin jintalbu jibqgħu minn tal-anqas sebat ijiem kwarantina wara sejba ta’ xi każi tal-varjant Delta.

Dawn il-każi reġistrati juru żieda fuq il-jumejn ta’ qabel meta s-Sibt u l-Ħadd  kienu reġistrati 23 każ u 20 każ rispettivament.

New Zealand ilu meqjus mill-esperti bħala eżempju tajjeb ta’ kif għandek trażżan il-virus u dan hekk kif mal-iċken żieda fil-każi kienu qed jagħżlu li jmorru f’lockdown f’tentattiv li jeliminaw it-trasmissjoni fil-komunità.

Minkejja dan bħala pajjiż kellhom perjodu ta’ lockdown iqsar mill-Ingilterra u rreġistraw biss 27 mewt relatata mal-pandemija, filwaqt li fl-Ingilterra aktar minn 150,000 persuna mietu waqt li kienu pożittivi. 

Ekonomija

Sport