Sunday, December 22, 2024

Aurelien Tchouameni fil-mira ta’ Liverpool ukoll

Aqra wkoll

Liverpool ngħaqdu fit-tellieqa għall-akkwist tal-midfielder ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni, li għandu valur ta’ £34 miljun.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena qed ikompli jkollu rwol ewlieni fil-qalba tal-iskwadra ta’ Niko Kovac, billi skorja żewġ goals minn 15-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha diġà dan l-istaġun.

Juventus u Chelsea t-tnejn qed jissemmew li jistagħu jagħmlu offerta għal Tchouameni fis-sajf tal-2022, iżda mhumiex mistennija li jkunu l-uniċi żewġ clubs li jikkompetu għall-firma tal-internazzjonali ta’ Franza.

Liverpool qed isegwu wkoll is-sitwazzjoni ta’ Tchouameni hekk kif qed ifittxu sostitut għal Georgino Wijnaldum, u Monaco jivvalutaw lil dan il-player għal £ 34 miljun.

Juventus iridu lil Tchouameni hekk kif qed jagħmlu pjanijiet ta’ kontinġenza għat-tluq possibbli ta’ Weston McKennie u Aaron Ramsey, filwaqt li Borussia Dortmund jinsabu wkoll fit-tellieqa hekk kif qed jippjanaw għat-tluq ta’ Axel Witsel. Tchouameni – li ġie msejjaħ fl-iskwadra ta’ Franza għall-partiti ta’ Ottubru – skorja ħames goals u pprovda erba’ assists f’60 partita bil-flokk ta’ Monaco u l-ftehim tiegħu fi Stade Louis II għandu jiskadi fl-2024.

Ekonomija

Sport