Real Madrid identifikaw lill-midfielder ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni bħala mira ewlenija qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Wara li ffirmaw lil Eduardo Camavinga aktar kmieni din is-sena, ġie ssuġġerit li l-Los Blancos issa se jiffokaw l-isforzi tagħhom biex jakkwistaw lil Kylian Mbappe u Erling Braut Haaland.
Madankollu, Real se jagħtu prijorità wkoll li jakkwistaw lill-internazzjonali ta’ Franza Tchouameni fl-iskwadra tagħhom fl-2022.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena qed jitiqes bħala player importanti għall-club u l-pajjiż, bil-midfielder difensiv jimpressjona hekk kif iċ-champions tad-dinja għelbu lil Spanja fil-finali tal-UEFA Nations League nhar il-Ħadd.
Real se jkollhom jiddefendu interess minn Chelsea, Liverpool u Juventus jekk iridu jirbħu t-tellieqa għall-firma ta’ Tchouameni.
Il-player għad fadallu ftit inqas minn tliet snin fil-kuntratt tiegħu ma’ Monaco.