Skont diversi ġurnali Ingliżi u Spanjoli, il-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Aurelien Tchouameni mhux se jitlaq lil Real Madrid, anzi jinsab lest li jġedded il-kuntratt tiegħu sabiex jibqa’ għal iktar snin f’Estadio Santago Bernabeu.
Diversi klabbs Ingliżi ssemmew li jistgħu jakkwistaw il-firma tiegħu, xi ħaġa li tidher improbabbli wara l-aħħar dikjarazzjonijiet tiegħu.
Tchouameni għandu 24 sena u ilu mill-2022 ma’ Real Madrid fejn skorja tliet gowls fi 68 partita.