Sunday, October 13, 2024

Aurelien Tchouameni se jġedded ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-midfielder difensiv ta’ Real Madrid Aurelien Tchouameni se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu għal iktar snin. Fil-preżent, il-plejer ta’ 24 sena għandu ftehim sa Ġunju 2028 iżda l-pjan tad-diriġenti mill-belt kapitali Spanjola hu dak li jżidulu sentejn oħra u miegħu s-salarju wkoll.

Din l-aħbar hi daqqa ta’ ħarta għal Liverpool li kienu qed jaħsbu biex imorru għalih u eventwalment jakkwistawh.

Min-naħa tiegħu, Tchouameni qal li jinsab għal qalbu mat-tim Spanjol u ma jarah imkien aktar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport