Aurelio De Laurentiis spjega għaliex għażel lil Rudi Garcia biex imexxi lit-team ta’ Napoli filwaqt li “irringrazzja” lil Luciano Spalletti li ddeċieda li jiltaq lill-club.
Il-Partenopei kellhom jingaġġaw coach ġdid wara li Spalletti iddeċieda li jitlaq, ħass li ma setax jagħmel aħjar milli jirbaħ l-Iscudetto għall-ewwel darba fi 33 sena.
“Huwa post importanti u allura bħallikieku ridna niċċelebraw is-suċċess ta‘ din is-sena u nistabbilixxu t-triq għall-coach il-ġdid biex ikompli t-triq għal Napoli ‘l quddiem,” qal il-president De Laurentiis.
Huwa rringrazzja lil bosta nies, iżda pprova jirreżisti li jgħid isem Spalletti meta rrefera għas-suċċess tagħhom, xi ħaġa li diġà għamel f’diversi intervisti u konferenzi stampa.
“Naħseb li l-Iscudetto kien il-bidu ta’ xi ħaġa li konna ppruvajna nantiċipaw fis-snin ta’ qabel, fl-aħħar irnexxielna, iżda nittamaw li huwa l-bidu ta’ vjaġġ li jixraq lin-nies ta’ Napli.
“Għalhekk l-ewwel għan tagħna se jkun li nippruvaw nirrepetu dan is-suċċess u mingħajr ma nkun prużuntuż, ejja ngħidu li l-objettiv tagħna huwa li naslu sal-finali tal-UEFA Champions League.”
Meta De Laurentiis semma lil Spalletti, kien biex effettivament jgħid li t-tluq tiegħu kien tajjeb għall-club.
“Wara li rbaħna l-Iscudetto, għaliex kien tajjeb għalija li nagħżel lil Rudi? U għaliex għandi nirringrazzja lil Spalletti talli qal li ried jitlaq? Għax ir-rebħ tal-kampjonat wara 33 sena, dan jista’ jagħtik sens ta’ għatx kbir. Mill-banda l-oħra, nistgħu nġibu coach li jaf idoqq dan il-vjolin mal-melodija tagħna.”