Friday, November 8, 2024

Aurelio De Laurentis jipprotesta wara l-kontroll tar-referee Davide Massa

Aqra wkoll

Il-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis ċempel lill-Federazzjoni tal-Futbol Taljana u anki lill-Assoċjazzjonijiet tar-Referees Taljani biex jipprotesta għall-kontroll tar-referee Davide Massa fil-logħba li huma tilfu kontra Inter bl-iskor ta’ 3-0.

De Laurentis, li hu magħruf li ma joqgħodx lura milli jitkellem, qal li i Partenopei tilfu tort tar-referee u dan mhux aċċettabbli.

Wieħed irid jara x’passi ulterjuri se jieħdu dawn il-federazzjoni iżda li hu żgur hu li Massa mhux se jikkontrolla logħbiet ta’ Napoli għal dan l-istaġun.

Sport