Il-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis ħabbar li l-attakkant internazzjonali Niġerjan Victor Osimhen se jkun qed jibqa’ mal-Partenopei anke fl-istaġun li ġej. L-iskorer prolifiku tal-klabb min-naħa t’isfel tal-Italja kien protagonista prinċipali fil-kampjonat mirbuħ mill-Partenopei wara 33 sena. Hu kien il-protagonista prinċipali fil-partita ta’ ħbiberija li kellu kontra Hatayspor li ntlagħbet f’Castel di Sangro u li huma rebħu 4-0 b’Osimhen li kien awtur ta’ doppjetta.
De Laurentis ħabbar li Osimhen irrifjuta offerta ta’ €130 miljun mingħand Al Hilal tal-Arabja Sawdija.