Il-president taċ-champions il-ġodda Napoli, Aurelio de Laurentiis, qal li mhux se jċedi għall-offerti li qed jagħmlu diversi klabbs rinomati Ewropej li jridu jiksbu s-servizzi tal-iskorer prolifiku Niġerjan Victor Osimhen.
Dan il-plejer kien protagonista prinċipali fil-kampjonat mirbuħ minn Napoli u klabbs bħal Manchester United u Paris St Germain qed jiġru wara l-firma tiegħu.
Huma lesti li joffru s-somma ta’ €150 miljun għalih b’De Laurentis jgħid li l-plejer se jibqa’ magħhom.