Saturday, December 21, 2024

Austalian Open: Finali bejn Barty u Collins

Aqra wkoll

Ashleigh Barty saret l-ewwel player lokali li għaddiet għall-finali tas-singles tan-nisa tal-Austra­lian Open ta’ għada fi 42 sena hekk kif għelbet lil Madison Keys f’sets dritti fir-Rod Laver Arena.

Iċ-champion ta’ Wimbledon, Barty, 25 sena, ħarġet rebbieħa 6-1 6-3 kontra l-Amerikana mhux issidjata Madison Keys.

Issa l-aqwa seed tinsab rebħa waħ­da bogħod milli ssir l-ewwel Aw­straljan – raġel jew mara – li tirbaħ is-singles minn meta Christine O’Neil rebħet it-titlu fl-1978.

Collins, ta’ 28 sena, u seed numru 27, għelbet lis-seed numru 7, Iga Swiatek, 6-4 6-1, biex waslet għall- ewwel finali tagħha ta’ Grand Slam, inqas minn sena wara li kellha ope­razzjoni għall-endometriosis.

Billi mexxiet il-passjoni tagħha fil-poter, Collins issetiljat aktar malajr miċ-champion tal-French Open tal-2020, Swiatek, u bniet vantaġġ ta’ 4-0 bi break doppju.

Iż-żagħżugħa ta’ 20 sena mill- Polonja naqqset id-distakk għal 5-4 wara breaks ta’ service fi tliet games konsekuttivi, biss Collins irkuprat u ħadet l-ewwel set fuq il-ħames set point tagħha.

Collins kompliet tiddomina l- logħba ta’ Swiatek fis-sett li jmiss bir-ritorn aggressiv tagħha, parti­kolarment ikkastigat it-tieni service tagħha, hekk kif marret f’vantaġġ ieħor ta’ 4-0. 

Imbagħad Swiatek naqqset id-distakk iżda Collins żammet sod u baqgħet sejra għar-rebħa.

“Ħassejtni tal-għaġeb li wasalt sal-ewwel finali tiegħi tal-Grand Slam. Kien vjaġġ bħal dan, ma jseħħx mil-lum għal għada,” qalet Collins. Flimkien mat-tħassib kollu tas-saħħa, ma nistax inkun aktar kuntenta.”

Filwaqt li Collins uriet aggressjoni u eżekuzzjoni klinika biex tiddomina lil Swiatek, jidher li x’aktarx se tiffaċċja biċċa xogħol iebsa biex twaqqaf lil Barty.

In-numru wieħed tad-dinja waslet sas-semi-finali f’Melbourne Park fl-2020, b’telfiet fil-kwarti-finali jaslu fuq kull naħa. S’issa din is-sena Barty dehret bla waqfien u bla piż mill-istennija tal-Awstraljani.

“Huwa sempliċement mhux reali – bħala Aussies aħna mħassra li aħna nazzjon tal-Grand Slam, u issa għandna ċ-ċans li nilagħbu għal titlu,” hija qalet.

Il-player ta’ 25 sena minn Queensland kienet f’forma suprema fl-2022, wara li issa rebħet l-10 partiti tas-singles tagħha din is-sena.

Wara li għelbet tliet players fl-aqwa 20 biex rebħet l-Adelaide International, hija kompliet dik id-dominanza f’Melbourne.

Is-service qawwi kien il-pedament tas-suċċess tagħha, bil-logħba li tirritorna tagħha –  ikkaratterizzata minn backhand delikata mibruma –  ukoll kienet diffiċli biex tinfetaħ.

Barty ma tilfitx set fil-ftuħ tas-sitt logħbiet tagħha, u ċediet 21 games biss fi triqitha lejn il-finali.

Key, li qabel kienet finalista fil-US Open li qed tfittex li tilħaq it-tieni finali maġġura tagħha, kienet nervuża mill-bidu u qatt ma dehret qisha inkwetanti għal Barty.

Forehand profonda mill-Awstraljana ġabet break point fl-ewwel game tal-partita u rebbieħ ieħor cross-court, li kkastiga drop-shot ta’ Keys, ippermettilha teħodha.

Imbagħad Barty sostniet dan b’holds suċċessivi għal xejn u wara reġgħet ibbrejkjat għal 4-1, bil-logħba tar-ritorn tagħha kienet diffiċli għal Keys biex tlaħħaq magħha. 

Hija reġgħet ibbrejkjat biex marret 4-2 minn fuq bil-folla ppassjonata – inkluż iċ-champion leġġendarju Rod Laver innifsu – għajjat hekk kif Barty stenniet li sservi fuq match point, bil-volum jiżdied aktar meta poġġiet forehand biex tirbaħ f’siegħa żewġ minuti.

Ekonomija

Sport