Sunday, December 22, 2024

“Austin kien kapaċi jifraħ u jferraħ lil oħrajn”

Wistin Xerri jingħata l-aħħar tislima fir-Rotunda tax-Xewkija

Aqra wkoll

Bir-Rotunda tax-Xewkija ppakjata bin-nies, ilbieraħ it-Tnejn ingħata l-aħħar tislima Austin Xerri jew kif kien magħruf bħala “Wistin”.

Bil-familja kollha preżenti, l-Arċipriet tax-Xewkija Mons. Daniel Xerri fl-omelija qal li “Austin kellu missjoni f’din l-art u wettaqa b’mod tajjeb ħafna u sal-aħħar”. Stqarr li “Austin kien kapaċi jifraħ u jferraħ lil oħrajn.”

Mons Xerri jgħid li Austin kien missier ta’ familja, li ħabb lil martu u lill-uliedu. “Minkejja x-xogħol li kellu kien isib ħin ta’ kwalità għal familja bħal kull missier ta’ veru. Irnexxa wkoll bħala iben hekk kif kien iżomm kuntatt mal-ġenituri u ħutu u kien jieħu pjaċir ilaqqagħhom flimien kif ukoll jara li ma kien jonqoshom xejn,” kompla jgħid l-Arċipriet.

Stqarr li Austin irnexxa wkoll fuq ix-xogħol tiegħu hekk kif dejjem ħadem b’qalb kbira u b’entużjażmu.

“Imma fuq kollox Austin irnexxa fil-missjoni partikolari li kellu li kien kapaċi jifraħ u jferraħ lil oħrajn. Kull min jafu se jibqa’ jiftakru b’dik it-tbissima u l-enerġija li kellu. B’dak li kien kapaċi jitrasmetti meta wieħed jiltaqa’ miegħu u jkellmu. Illum Austin jinsab kuntent li wettaq il-missjoni fdata lilu f’din id-dinja,” temm jgħid l-Arċipriet tax-Xewkija.

Austin miet b’mewta naturali nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju.

Ekonomija

Sport