Thursday, February 26, 2026

Austin Mallia kkundannat 24 sena ħabs wara li nstab ħati ta’ traffikar u pussess aggravat tad-droga kannabis

Aqra wkoll

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkundannat lil Austin Mallia ta’ 40 sena residenti Santa Venera 24 sena ħabs wara li waqt ġuri nstab ħati ta’ traffikar u pussess aggravat tad-droga kannabis. Il-Qorti ordnat ukoll li Mallia jħallas multa ta’ €35,000.

Waqt ġuri, Mallia nstab ħati b’seba’ voti kontra tnejn. Kien fl-2018 meta Mallia kien arrestat f’Ta’ Qali fejn hemm il-Pulizija kienu sabu madwar 53 kilogramma kannabis b’purità ta’ madwar 11%. 

Fil-bidu tal-ġuri, Mallia ammetta għat-tielet akkuża marbuta mal-pussess tal-kokaina.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Kevin Pulis flimkien mal-Avukati Godwin Cini, Danika Vella u Kevin Valletta f’isem l-Uffiċċju tal Avukat Ġenerali. Min-naħa tad-difiża, Mallia kien irrappreżentat mill-Avukati Joe Giglio u Mattea Giglio.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport