Minkejja li kellu injury Novak Djokovic issielet biex għadda għat-tielet round tal-Australian Open f’ġurnata oħra meta aktar rivali msemmija li jistgħu jirbħu t-titlu ġew eliminati.
Is-Serb ta’ 35 sena, li sejjer għal trijonf rekord ta’ 10 titli f’Melbourne, rebaħ 6-1 6-7 (5-7) 6-2 6-0 kontra l-Franċiż li kkwalifika, Enzo Couacaud, li jinsab klassifika fil-191 post tar-rankings.
Djokovic kellu timeout mediku, meta deher imxekkel minn injury eżistenti fil-hamstring, iżda xorta baqa’ għaddej.
Djokovic isse se jiltaqa’ kontra “ħuh tal- Balkani” Grigor Dimitrov tal-Bulgarija, player li huwa għeleb disa’ darbiet iżda ilhom ma jiltaqgħu kontra xulxin mill-2019.
“Ġraw ħafna affarijiet fil-logħba tal-lejla,” qal Djokovic. “Enzo ħaqqu l-kredtu għall-mod kif issielet, huwa lagħab xi tennis mill-aqwa speċjalment fit-tieni set.
“It-tnejn kellna waqfa medikali u batejna xi ftit, iżda jien irnexxieli nirrispondi tajjeb fit-tielet u speċjalment fir-raba’.”