Friday, November 15, 2024

Auto-goal sfortunat ta’ Lorenzo Soares jagħti tliet punti prezzjużi lil Marsaxlokk

Aqra wkoll

Santa Lucia…………….0

Marsaxlokk…………….1

Marsaxlokk kisbu tliet punti prezzjużi proprju fid-90 minuta minn auto-goal sfortunat ta’ Lorenzo Soares, hekk kif huma kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Santa Lucia.

Fl-10 minuta, Tiago Adan Fonseca għal Marsaxlokk kellu daqqa ta’ ras li ġiet imdawra f’corner minn Matthew Calleja Cremona. Fit-28 minuta xutt mill-ewwel ta’ Yevhenii Terzi għal Santa Lucia ġie mblukkat mid-difiża Xlukkajra, biex ftit wara xutt fil-baxx ta’ Robert Hehedosh ġie salvat minn Marko Drobnjak.


Fis-70 minuta Yevhenii Terzi dejjem għal-Luċjani avvanza tajjeb iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat minn Marko Drobnjak.

U proprju fid-90 minuta Marsaxlokk irnexxielhom isibu l-goal tar-rebħa meta Oscar Carniello kellu xutt li ħabat ma’ Lorenzo Soares, bil-ballun iqarraq għal kollox bil-goalkeeper Calleja Cremona u jispiċċa fix-xibka, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat. Dan sabiex ftit wara xutt tas-sostitut Sanago dejjem għax-Xlukkajri ħabat mal-wieqfa.

Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Lorenzo Yoel Soares Fonseca, 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam, 10-Liam Blie Bi Bah (11-Jan Tanti 73) Dexter Xuereb (9-Kyrian Nyoko 80), Jurgen Pisani, Francisco Farias Rodrigues, Rodolfo Soares , Yevheni Terzi (21-Jamie Carbone 80) Robert Hehedosh Coach: Vincenzo Potenza

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 8-Terence Vella, 9-Kristian Keqi, 13-Claudio Bonanni, 17-Peter Xuereb, 24-Juan Cruz Aquillar, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna, 96-Daniel Agius (88-Dejan Vukovic 83), 99-Tiago Adan Fonseca (93-Vamara Sanago 61’) Coach: Pablo Doffo

Referee: Slobodan Petrovic

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Glen Tonna

Skorers: L. Y. Soares Fonseca 90 (SL)

Player tal-Logħba: Francisco Farias Rodrigues (SL)

Ekonomija

Sport