Id-disa’ round tal-Poiatti Autocross National Championship ittella’ nhar is-Sibt, 9 ta’ Lulju, fejn 21 karozza ġew irreġistrati. Final ‘A’ intrebħet minn Karl Micallef fuq Opel Corsa, segwit minn Terence Azzopardi fuq Opel Tigra, Kyle Agius fuq Opel Nova, Noel Zammi fuq Punto, Justin Buttigieg fuq Opel Nova u Joseph Micallef fuq Opel Corsa.
Il-finali ta’ Klassi ‘B’ kienet ferm kumbattuta hekk kif ħames sekondi biss isseparaw l-ewwel ħames karozzi b’Nikovich Chircop itemm fl-ewwel post segwit minn Jean Paul Grech, fuq Peugeot 106. Dorianne Galea daħlet fit-tielet post fuq Ford Fiesta segwita minn Luca Camilleri u Matthew Borg, t-tnejn fuq Opel Nova. Fis-sitt post daħal Daniel Micallef fuq Opel Corsa.
Għaldaqstant wara disa’ rounds, Terence Azzopardi jinsab viċin li jikseb l-ewwel rebħ tal-kampjonat tiegħu hekk kif jinsab fil-quccata b’41 punt fuq Karl Micallef meta fadal tliet rounds għat-tmiem.
L-għaxar round tal-kampjonat se jsir nhar s-Sibt, fis-7.30 pm.