Sunday, November 10, 2024

Autocross: Taqtigħa għall-ewwel post fi klassi A

Aqra wkoll

Ir-raba’ round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Autocross ittella’ l-Ħadd 20 ta’ Frar fejn 23 karozza gew reġistrati. Il-Kampjonat kompla joffri spettaklu hekk kif tnejn mill-favoriti għal dan il-kampjonat kienu ferm viċin ta’ xulxin biex fl-aħħar tliet dawriet kien Terence Azzopardi fuq Opel Tigra li ħa l-ewwel post u rebaħ il-Finali ta’ Klassi A segwiet minn Karl Micallef fuq Opel Corsa.

Kyle Agius spiċċa fit-tielet post fuq Opel Nova, segwiet minn Joseph Spiteri u Daniel Micallef t-tnejn fuq Opel Corsa.

Il-Finali Klassi B intrebħet minn Andrew Pisani segwiet minn Justin Buttigieg, t-tnejn fuq Open Nova. Joseph Micallef spiċċa fit-tielet post fuq Opel Corsa.

Għalhekk Terence Azzopardi estenda il-vantaġġ tiegħu fil-quċċata tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Autocross.

Il-ħames round tal-Kampjonat jitella’ l-Ħadd 6 ta’ Marzu.

Sport