L-Avukat Bulgara Radosveta Vassileva ikkundannat lill-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola għall-emendi li ħarġet favur tagħhom b’rabta mas-sitwazzjoni f’pajjiżha.
Dr Vassileva, li taħdem favur id-drittijiet umani, ikkritikat lill-ewroparlamentari Nazzjonalista talli ressqet emendi biex tonqos il-kritika tal-UE lejn is-sitwazzjon demokratika f’pajjiżha.
Hija iddeskriviet dawn l-emendi bħala “skandalużi” u sostniet li ċ-ċittadini Bulgari innominaw lil Metsola bħala Mrs Mafia 2020 u lil Manfred Weber, li jmexxi l-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, Mr Mafia 2020”.
L-Avukat Vassileva irrimarkat li jekk Metsola verament tiġġieled favur id-demokrazija għandha tagħmel hekk mhux biss f’Malta imma f’pajjiżi oħra nkluż il-Bulgarija.
Għalkemm diversi Bulgari qed iħeġġu lill-Prim Ministru tal-pajjiż Boyko Borissov biex jirriżenja minħabba l-korruzzjoni fil-pajjiż, il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew li tiegħu jagħmel parti hu u l-PN baqa’ jappoġġjah.